English            Italiano           Español

Il-Qaddej ta' Alla

Guzeppi DePiro

Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' S. Pawl

(1877-1933)

 

 

Twieled fl-Imdina, fit-2 ta’ Novembru 1877 min-nobbli Alessandru dei Marchesi De Piro u Ursola Agius. Kien is-seba’ fost disa’ aħwa.

 

Fi tfulitu barra l-edukazzjoni primarja u sekondarja tgħallem u avanza fl-arti tal-pittura.

 

Daħal l-Universita’ ta’ Malta u għal 3 snin kien fil-Fakulta’ ta’ l-Arti u Xjenza.

  First MSSP.jpg (127873 bytes)

Bejn l-1897 u l-1898 għamel parti mill-kors tal-Liġi.

 

Kemm dam l-Universita’ kien imsieħeb fir-Royal Malta Militia.

 

Ta’ 21 sena ħass is-sejħa għas-saċerdozju u fit-8 ta’ Mejju 1898, waqt is-supplika tal-Madonna ta’ Pompej iddeċieda li din kienet triqtu.

 

Bħala student tal-Capranica, beda l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Universita’ Gregorjana, f’Ruma fl-1898.

 

Ordnat Saċerdot fil-15 ta’ Marzu 1902, fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, Ruma.

 

Bejn l-1902 u l-1904 għamel żmien f’Davos, l-Isvizzera, għall-kura.

 

Irritorna Malta fl-1904 u għal kważi 3 snin ħadem fil-Parroċċa tal-Qrendi.

  sette giugno.jpg (172311 bytes)

Fl-1907 intgħażel bħala Direttur ta’ l-Istitut Fra Diegu, Ħamrun, għall-iltiema bniet.

 

Fl-1910 jagħti bidu għas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl billi jilqa’ l-ewwel żewġ membri.

 

Fl-1911 inħatar Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta.

 

Snin wara, fl-1915, l-Arċisqof Mawru Caruana għażlu bħala segretarju tiegħu.

 

Bejn l-1918 u l-1920 kien rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Malta, fl-Imdina.

 

Fl-1919 kien fost il-mexxejja tal-Maltin li għenu biex tinżamm il-kalma fl-inkwiet tas-Sette Giugno.

 

Fl-1920 laħaq dekan tal-Katidral ta’ Malta.

 

1921 - Malta tingħata Kostituzzjoni ġdida. Mons. De Piro ta s-sehem sħiħ tiegħu fl-Assemblea Nazzjonali li wasslitha fit-tmiem.

 

Għal xi xhur fis-sena 1922 hu kien flok il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Gudja.

 

Żdiditlu d-direzzjoni ta’ Istituti oħrajn għall-iltiema: Saint_Joseph_Institute_Group_P.jpg (457173 bytes)

 1922 - Id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera

 1922 - L-Istitut ta’ Ġesu’ Nazzarenu, fiż-Żejtun

 1925 - Id-dar ta’ San Ġużepp, f’Għajnsielem, Għawdex

 1925 - Id-Dar taċ-Ċkejknin, f’Santa Venera

 1927 - L-Istitut ta’ San Franġisk ta’ Paola, f’Birkirkara.

 

Fl-1930 wettaq ħidma ta’ medjazzjoni bejn il-Knisja u Lord G. Strickland.

 

Bejn 1932 u 1933 kien Senatur fit-Tielet Parlament Malti.

 

Miet fis-17 ta’ Settembru 1933.

 

 

 

 

You are visitor number:

Hit Counter

Page maintained by: Fr. Karm S. Borg mssp

İ MSSP 2001